Ċentru tas-Saħħa
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi nbena fl-1989, u dan iċ-ċentru fih diversi faċilitajiet li jinkludu żona kbira ta’ akkoljenza, magna X-Ray, żona ta’ trattament E.C.G., kliniċi tal-Fiżjoterapija u ħafna faċilitajiet oħra. L-ewwel ġebla ta’ dan iċ-Ċentru tas-Saħħa ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Dr. Edward Fenech Adami akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr. George Hyzler fit-23 ta’ Settembru 1989.
Iċ-Ċentri tas-Saħħa huma ċ-ċentru tas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja pprovduti mill-Gvern. Minbarra s-servizzi ta’ tabib ġenerali u infermiera, jingħataw diversi servizzi speċjalizzati tas-saħħa. Dawn jinkludu tilqim, terapija tat-taħdit, servizzi dentali, kliniċi ta’ qabel it-twelid u ta’ wara t-twelid, ‘Well Baby Clinics’, kliniċi tad-Dijabete, u kliniċi Pedjatriċi. Il-ħinijiet għal dawn il-kliniċi jvarjaw u għal aktar informazzjoni l-pubbliku huwa mitlub jikkuntattja liċ-ċentru tas-saħħa individwali.
Fil-preżent hemm tmien Ċentri tas-Saħħa. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana għandu żewġ satelliti; iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi. Raħal Ġdid għandu satellita waħda, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għandu satellita waħda, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat. Il-pubbliku huwa mitlub jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokalità tar-residenza tiegħu/tagħha.
Indirizz
Triq il-Vitorja, Ħal Qormi
Telefown
(+356) 2148 4450-3, 2148 4455
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-8.00am sal-5.00pm
